Festa San Gwann Battista 2019 - Il-Gimgha 21-6-2019 |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Jul 15, 2019 at 08:58 PM |
Il-Gimgha 21 ta’ Gunju 2019, sar il-marc mill-Banda Santa Margerita ta’ Sannat, li beda minn Triq Torri Tinghi u ghadda minn Triq San Zakkarija ghal Pjazza San Gwann Battista fejn imbaghad l-istess banda ghamel Programm Muzikali taht id-direzzjoni tas-Surmast George Apap. Wara sar il-marc tad-Dimostrazzjoni mill-Banda Prekursur tax-Xewkija flimkien mal-Banda Ite ad Joseph tal-Qala, bl-istatwa ta’ San Hwann jghammed lil Kristu (1930). Il-marc beda minn Pjazza San Gwann Battista u tkompl ghal Triq San Zakkarija, Triq Ein Karem, Triq il-Helsien, Triq il-Kbira, Triq Santa Katerina. Xhin l-Istatwa majestuza waslet hdejn il-kazin tal-banda, il-bandisti tal-banda Prekursur flimkien mal-bandisti tal-banda Ite ad Joseph daru faccata tal-Istatwa sabiex isellmulha bid-daqq tal-Innu Marcja tant popolari fost il-kant ta’ hafna Xewkin prezenti . Il-marc baqa sejjer ghal Triq il-Hamrija u Triq Indipendenza. Hawn iz-zewg baned inghadu flimkien bhala Massband. Wara l-banda Prekursur akkumpanjat l-istatwa bid-daqq tal-innu marcja tant popolari max-Xewkin minn fuq il-palk taghha flimkien mall-kant fost il-briju grandjuz ta hafna zghazagh u poplu Xewki, l-istatwa ttellghet fuq il-pedestall grandjuz taghha.
|
Please login or register to add comments |
Last Updated ( Jul 15, 2019 at 09:00 PM )
|