Programm mill-Banda Prekursur f'jum il-Festa tal-Martirju ta' Sab Gwann Battista |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Sep 01, 2021 at 05:22 PM |
Nhar il-Hadd 29 ta’ Awwissu 2021, il-banda Prekursur, wara waqfa ta’ sena u nofs minhabba il-pandemija, l-banda ghamlet programm, fejn stajna nergghu ngawdu l-Banda Prekursur, li ghalqet il-festi ad unur tal-Qtugh ir-Ras tal-Patrun taghna San Gwann il-Battista b' kuncert li sar fil-pjazzetta ta' wara l-knisja rotunda tax-Xewkija, Ghawdex. Il-kuncert beda, bl-Innu Lill Banda Prekursur, u innu Religjug Lill San Gwann l-Ghammiedi, muzika ta’ Vincenso Ciappara, wara jndaqqu l-innijiet religjuzi, Lill Battista muzika ta’ Sanny Galea, Ghaziz Gwann Patrun Taghna muzika tas-surmast Direttur tal-banda Prekursur Mark Gauci u Innu lill San Gwann Battista muzika tas-surmast fundatur tal-banda Indri Borg. Imbghad indaqqu zewg marci brijizi li kienu La Voce muzika ta’ Domnic Darmanin u Prekursur muzika ta’ Paquale Aiezza, dawn il-marci jindaqqu biss mill-banda Prekursur. Wara indaqqet il-Glorja tal-Innu l-Kbir u l-kuncert spicca bl-Innu Jum il-Martirju ta’ San Gwann Battista, muzika tal-Ex. Surmast Carmelo Borg. Id-direzzjoni tal-banda Prekursur kien taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur taggha Mro Mark Gauci.
| |
Please login or register to add comments |
Last Updated ( Sep 01, 2021 at 05:28 PM )
|