Min ma jridx O Kbir Giovanni F'dan il-jum ifahhrek mieghi? Qaddis int sa min guf ommok Deh' t-tifhir isma' t-talb tieghi. L-isem tieghek grazzja jfisser U b'kull grazzja ghanniek Alla Hekk dak kif Gesu gie jzurek Ebda ghama fik ma halla. |  | Tarbija kont mohhbi f'guf ommok Meta bil-ferh hemm ithennejt U missierek hall ilsienu Benedictus beda jghid. |
Minn dar ommok rajniek tahrab Helu tfajjel ta' xi sentejn O Giovanni ckejken, ckejken Fejn int sejjer Giovanni fejn? God-desert l-aktar imwarrab Mort tinheba u fit-tbatija Fost is-sawm, l-ghakkis tal-gisem Ta' Gesu diga sirt xbiha. Biex issir kbir quddiem Alla Iccekkint bosta quddiem l-art Wahdek, wahdek gewwa id-desert Il-faqar b'siehbek hemm int htart. B'gild ta' gemel int tinsatar X'tiekol hlief l-ghasel u l-girat? Ghall-art dejjem l-irqad tieghek Ghageb bhalekqatt l-art ma rat. Safja qalbek kif il-gilju Bniedem bhalek ma deher qatt U l-kbar grazzji, il-gid tas-sema Li tak Alla ma ta lil hadd. Lehen kont int god-desert U n-nies semghet il-kliem tieghek Int xandart il-penitenza U n-nies stqarret l-Alla mieghek. Tal-Messija li kellu jitwieled It-triqat inti mort wittejt Inti ghajjatt: "Ecce Agnus Dei" U tipriedka lilu ukoll bdejt. Fuq ir-ras ta' Gesu Kristu L-ilma sawwabt minn gol-Gordan U Alla semma' l-lehen tieghu "Il-mahbub Ibni" qal " Hu dan". Tas-suppervi Farisej Kont iccanfar il-kburija Is-sultan ukoll mort twiddeb Sabiex tharbu mill-hzunija. Fil-kastell ta' Macheronte Fejn ghabbiek bi ktajjen tqal Hsiebek biss dejjem kien f'Alla U xejn ma rajt il-pwieni twal. Erodiade x-xellerata Tobghod tobghod tarak qaddis Kontra tieghek l'Erodi xxewwex U maqtul ukoll tridek fis. Erodiade tghid lil bintha Li m'ghandiex titlob ebda gid 'Mma f'bacil ir-ras ta' Gwanni maqtuha tara biss kienet trid. Kbir bankett kien ta Erodi Fil-gurnata ta' twelidu Fejn Salome' zifnet bosta U s-sultan weghedha nofs gidu. Is-sultan ghax halef t'iblah Lil Salome' ried kuntenta U r-ras qata' ta' Giovanni Lilu msejken itturmenta. O fidil martri ta' Kristu F'dan il-jum isma' t-talb taghna It-tifhir int ukoll ilqa' Henn ghalina w ieqaf maghna. Sliem ghalik O kbir Giovanni Ta' Gesu kbir Prekursur Lejn is-sema fis ittajjar Ghall-Kuruna ta' l-unur Fit-twelid, fil-hajja, f'mewtek Lilek naghtu kull fohrija Ibierkuk il-hlejjaq kollha Bik titghaxxaq ix-Xewkija. Please login or register to add comments |