Poezija ta' J.Zammit Ciantar 26/6/1960 | | Illum waslet il-gurnata Mistennija mix-Xewkin, San Gwann tieghek Festa Kbira, Meta n-nies tkun ferhanin. Inti gejt fid-dinja thejji Ghall-mistenni triq Mulej. Kont lin-nies qed tghallem, tghammed, Ghax kien wasal il-Feddej. |
U lin-nies ghedtilhom jaghmlu Penitenza, ghax iz-zmien Kien ga qorob li f'did-dinja Jinzel Alla tal-Holqien. In-nies hasbet l'int Elija Jew li int Profeta kbir Ghaliex qalet maghmudija Minn hadd aktar tista ssir. Fil-Gordan imbaghad ilmahtu Fejnek Kristu darba gej, U hemmhekk b'ilmet l-ghadira Int ghammidtu lill-Mulej. U sa s-sewwa tiddefendi Kontra mort l-imperatur Kien ghaliex in-nies habbitek Li biss ordna tkun mahqur. Bint Herodias, Salamone, Kienet zifnet wisq sabih U lir-Re ta' dak il-pranzu Kienet gost kapaci 'ttih. ...Tant, li lilha dan offrielha Nofs l-imperu, kulma trid, 'Mma omm wiegbet Salamone "Ras Govanni f'platt irrid" U spiccat, San Gwann Battista, Ta' did-dinja hajtek hekk, Imma llum qed fuq l-artali Qaddis kbir narawk hawnhekk. U ghalhekk f'dat-Tempju ahna Illum nghajtu ferhanin; "Kien il-Prekursur ta' Kristu" San Giovanni tax-Xewkin. Please login or register to add comments |