Quddiem l-Istatwa ta' San Gwann Battista |
|
|
|
Written by Mario Borg
|
Aug 06, 2008 at 01:00 AM |
(Fis-Sena Internazzjonali taz-Zghazagh-24/6/1985) Poezija ta Julian Refalo Rapa | | Ta' kull sena f'dal jum tal-Ghid tieghek nigi nzurek f'dat-tempju wahdieni biex nitghaxxaq bil-harsa ta' wiccek. li tqaddisni, taghmilni wisq hieni. F'din is-sena maghzula ghaz-zghazagh itfa w ferrex barkiet b'mod specjali, fuq dawn hutna li tilfu kull paci, lil qrabathom qed jifnu bil-ghali. |
Qeghdin jghixu fi snin wisq imhawwda fejn isibu lil ftit li jifmuhom. Waqt li bosta qed jaghmlu min kollox, biex b'kull vizzju moqziez ihassruhom. Lejn min jistghu iduru l-imsejkna, jekk mhux lejk O Gwanni l-Ghammiedi? Int illum ghandek tkun mudell taghhom f'kull tigrib, taghhom tkun il-fejjiedi. Jekk jinxtehtu f'riglejk O Giovanni zgur li nsibu kull tarf tat-tahwid, li qed f'mohhhom u f'qalbhom iberren ghax l-isfrattu, dan taghhom irid. Ibqa' ghallimhom jistmerru z-zina, u l-frughat li toffrilhom il-hajja. Fik jaraw zaghzugh umli u safi. li tad-dnub ma kellux l-icken tbajja. Qatt ma bzajt mit-theddid u t-tbatija ghaliex kont wisq sincier u qalbieni. Lil Erodi canfartu, widdibtu, ghax kien hati ta' dnub l-aktar zieni. Kif jarawk b'dik il-harsa li tqanqlek u jinfexxu f'delirju ta' ferh, ixhet f'qalbhom il-grazzja qaddisa garanzija ta' hena u serh. Please login or register to add comments |
Last Updated ( Aug 07, 2008 at 05:23 PM )
|