Poezija ta' Mary Haber | | Fost il-martri u l-Profeti Fost l-Appostli, l-Qaddisin Fost kull xorta ta' Beati Gwanni jizboq l-ewlenin. Fejn hu l-qies tal-kobor tieghek? Bhalek hadd, daqsek imkien. Gmielek kien fil-hsieb minn t'Alla Sa mill-bidu tal-holqien. |
L-Iben Tieghek habbek bosta; T'Ommu ghadu kien fi hdan Meta zarek f'dar missierek W'int f'guh ommok qbizt ferhan. Int gharaftu ghax gejt mimli Dak il-hin b'ruh il-Qdusija, Bil-ferh tieghek nebbaht 'l ommok Illi hdejk hemm il-Messija. Ferraht anke l-Vergni Mbierka Li stqarrejt b'Omm il-Feddej, Waqt li din infexxet fl-ghanja: "Ruhi tkabbar lill-Mulej". "T'Izrael Imbierek Alla" Lissen f'daqqa Zakkarija X'hin x'ghad jghaddi minnek bassar, Ghad li kont ghadek tarbija. Ghamlu briju ta' Ain Karem Malli raw it-Twelid tieghek; Dlonk sqarrew x'ghad tohrog inti Ghax l-id t'Alla kienet mieghek. Tromba int ta' Ruh il-Qodos Li b'lehenha l-midinbin.... Ressqet lejk soghbiena w niedma, U mbgh'd minnek imghammdin. In-nies kollha tal-Lhudija Kienu jigu jisimghuk.... Ghal qdusitek bosta minnhom Kristu nnifsu wkoll hasbuk. Il-Hallieq b'kemm il-gieh sebbhek, Wiehed minnhom huwa dan: Meta minnek Alla Bniedem Safa' mghammed fil-Gordan. X'ghandu x'jaqsam Anglu mieghek Spirtu safi, minghajr gisem? Inti, Gwanni, ghad li bnieden Sthoqqejt t'Anglu l-gieh u l-isem! Ir-ras tieghek giet maqtugha Ghax int qbizt ghad-dritt taz-zwieg Kont canfart int lil Erodi; "Mart mhux tieghek ma tiswiex!" Kbir, sabih, jghaxxaq u jsahhar Dan il-Maqdes l'ahna llum Qed intellghu f'giehek Gwanni, Biex zmien twil wieqaf idum. Ghad lI t-Tempju xoghol ta' bniedem Qisu hazzu Anglu b'idu! Ghalkemm fqir gens ix-Xewkija Ta ghall-Maqdes demmu w gidu. Ma jistax wild ix-Xewkija Ma jhossux kburi, ferhan Meta jara lir-Rotunda Qalbu ssib sliem u serhan. Jibqa Gwanni jhares dejjem Lil dal-gens li jhobbu shih, Jibqa jharsu, jbierku, jseddqu Biex l-ebda ghadu ma jifnih. Please login or register to add comments |