Poezija tal-Kav. Joe M. Attard 9.11.1989 | | Il-Battista jew l-Ghammiedi Gie ihejji lill-Feddej Triq, moghdija minghajr hotob Fil-Gordan qaghad jarah gej. W'ghalkemm ma kienx denn li jhollu Biss il-qfieli ta' riglejh Bl-ilma ta' gox-xmara ghammdu Hekk amarlu x'hin kien hdejh. |
Ghadda z-zmien u Gwanni kompla Ta' Gesu jxandar l-ahbar God-desert, qalb il-muntanji Fost il-kbar u qalb iz-zghar. Lil Erodi wkoll mar canfar Talli kien biddel lil martu Ma kienx jibza milli jghidlu illi dik ma kinitx hajtu. Ta' dan kollu l-Prekursur Halla rasu taht mannara Mill-gdid mar igawdi 'l Kristu Wicc imb' wicc lilu qed jara. Minn gol-genna issa jhares B'mod specjali lejn dal-poplu li Rotunda ried jibnilu U lsienu zgur ihollu. Biex qima u mhabba juri Lil ta' Kristu prim kugin Lilu jghozz b'imhabba ghamja lejh dlonk jersaq hu f'kull hin. Mastru Pawlu Azzopardi Mghallem b'sengha minn gol-belt minn zokk sigra silet statwa li ma tafx x'inhuwa ghelt. Ghax issahhar lil min jersaq biex ihares joqghod lejha jekk iddur il-gzira kollha ma ssibx wisq joqghodu hdejha. Prekursur, Battista, Ghammiedi Bierek dan il-Poplu taghna Harsu mit-tweghir u l-hazen Biex fil-grazzja hu jistaghna. Sabiex wara din il-hajja Hdejk hu jigi mal-Hallieq Fit-tgawdija gewwa s-Sema Fejn m'hemmx biki nkella lfieq. Please login or register to add comments |