Festa ta San Gwann Battista gewwa Sydney Awstralija |
|
|
|
Contributed by Jesmond Attard
|
Sep 01, 2008 at 01:23 AM |
Inselmilkom hbieb Xewkin, Jien Jesmond Attard li ser nikteb dawn il-ftit ahbarijiet biex nghidilkom kif b'succes iehor ghamilna il-festa ad unur San Gwann Battista gewwa l-knisja tas-San Mikiel ta' Blacktown l-stat ta' Sydney. L-ewwel haga nixtieq nirringrazja lil Vicky Muscat u l-kumitat kollu ta' Sydney ghas success tal-festa li kellhom. Jien minn nahha tieghi kelli l-unur li nkun presenti u hadt hafna pjacir. Il-festa kienet tikkonsisti f'quddiesa solleni li giet iccelebrata minn Father Terry G. tas-Socjeta Missjunarja ta' San Pawl. Il-kant kien f'idejn il-kor Malti ta' N.S.W li ghamel hafna kant sabieh. Ghal din il-quddiesa attendew numru sabih ta' nies minn Sydney kif ukoll minn Melbourne u din is-sena kien hawn fostna persuni specjali minn Malta. Dawn huma Giovanna u Joe Buttigieg mix-Xewkija li jahdmu hafna ghar-rahal tax-Xewkija. Wara kien hemm purcisjoni bl-istatwa ta' San Gwann Battista, xoghol ta' l-skultur Xewki Hubert Saliba. Waqt il-pucisjoni hadet sehem il-banda Queen of Peace ta' N.S.W li daqqet marci sbieh mat-toroq ta' madwar il-knisja. Wara kien hemm id-'dinner dance' illi nista nghid li kien ippakkjat bin-nies li gew jiccelebraw din il-festa. Kien hemm ikla ta' hames korsi u band li ferhet lil kullhadd bil-muzika taghha. Kien hemm ukoll il-banda li daqqet marci brijuzi ghal festa li hemmekk giet merfugha l-istatwa ta San Gwann iz-zghir. Dik kienet il-festa fil-qosor li nista' nghid kienet success kbir. { Rapport u Ritratti: Jesmond Attard } | L-Istatwa ta' San Gwann Battista gewwa Sydney |
Please login or register to add comments |
Last Updated ( Sep 01, 2008 at 07:41 PM )
|