Poezija ta' Mons M'Ang Apap miktuba fit-2.6.1957 |  | It-twelid minn tal-Battista Huwa ghogba ta' qdusija Ghax imhabbar sa mill-qedem U gie mnissel fix-xjuhija. Bosta kienu l-profeti Illi habbru 'l Prekursur Li triq tajba kellu jhejji Lil tad-dinja s-Salvatur. |
Imbaghad habbru l-Anglu t' Alla Bhalma habbar lill-Mulej Biex bil-kelma u l-ghemil tieghu Juri 'l Kristu li kien gej. Gesu mohbi fi hdan Ommu Qaddsu qabel it-twelid Sabiex jixbah b'xi mod Lilu Tal-qdusija ghajn u Sid. Ghalhekk l-Anglu fit-thabbira Gieb dan l-isem mis-Smewwiet Ghaliex Gwanni jfisser Grazzja Kif urew kollha l-grajjiet. Kif qatt seta' Zakkarija Jemmen ghageb daqshekk kbir Minn qatt issa jista jsikktu Mit-tislim ta' kull tifhir? Bir-ragun l-istess Messija Qal li akbar minnhu m'hemmx Ghaliex qabel deher fid-dinja Ga kien jiddi bhala xemx. Hawn kulhadd mistaghgeb staqsa X'ser ikun minn dit-tarbija Meta rawha hekk imzejna Bil-Prodigju u l-qdusija. Mhux ta' b'xejn il-Knisja Mqaddsa Sa minn kmieni lilu qiemet Sew bil-festi kemm bit-tempji Illi lilu tibni riedet. Mela thenna ja Xewkija Illi bhala Protettur Inti ghandek lil Govanni Lill-Ghammiedi Prekursur. U fit-triq li mar ihejji Imxi w'rajh fil-hajja tieghek Biex il-Grazzja minn tas-Sema Qatt ma tonqos li tkun mieghek. Hekk biss tista' ghall-gieh tieghu Tkompli t-temju l'inti bdejt Xhieda cara ta' l-imhabba Li biha lilu habbejt. Tempju zina ta' gziritna Tempju kbir, tempju sabih Tempju jixraq lil Battista Illi glorja zgur jaghtih. Sabiex wara li f'dat-tempju 'L Alla tqim b'ruh imsoffija Gewwa t-tempju minn tal-Genna Mieghu tibqa' fit-tgawdija. Please login or register to add comments |