Home
News
News Feeds
History
Weekly Picture
Poeziji
Links
Advanced Search
Contact Us
Registration Help
Radju Prekursur Website
Radju Prekursur Webcast
XewkijaParish.org Website
WebTV
YouTube Channel
Find us on Facebook
facebook-icon
Video Channels
youtube
Login Form
Username

Password

Remember me
Password Reminder
Syndicate
Like this page - Share It
Bookmark and Share
WHO'S ONLINE
We have 14 guests online
Home arrow Claudio arrow Festa ta' San Gwann f'Monterosso Almo fi Sqallija
Festa ta' San Gwann f'Monterosso Almo fi Sqallija PDF Print E-mail
User Rating: / 6
PoorBest 
Written by Claudio Vella   
Sep 13, 2008 at 10:26 AM
StatuaSanGiovaaniMonterossoalmo3
 

Ftit il-boghod min pajjiza, fi Sqallija, wiehed isib bosta knejjes u festi ddedikati lil San Gwann Battista. Fosthom wiehed isemmi il festi li jsiru ghad unur ta' San Gwann Battista f'Milazzo Messina, f'Acitrezza Catania, f'Pozzallo, fil-katidral ta' Rugusa kif ukoll dak ta' Monterosso Almo f'Ragusa ukoll. Filwaqt li d-devozzjoni lejn San Gwann Battista kienet dejjem kbira, wiehed irid izid li l-Kavallieri ta' Malta, li kellhom il-prottettur taghom San Gwann Battista, komplew kabbru din id-devozzjoni. Fost hafna tradizzjonijiet nsibu li certu tradizzjonijiet nsibuhom f'pajjzna kif ukoll fi sqallija, bhal per ezempju dik tal-hgejjeg ta' San Gwann Battista.

  Illum pero se nsemmu biss il-festa ta' San Gwann Battista f'Monterosso Almo provincja ta' Ragusa li saret nhar il-Hadd li ghadda. Din il-festa issir fl-ewwel Hadd ta' Settembru. Ghandha origini antiki hafna, u skond dokumenti wiehed jista jghid li din it-tradizzjoni bdiet fis-seklu tnax. L-urna (fercolo) kienet mahduma ghall ahhar tas-settecento, w l-istawa hija eqdem hafna iktar. Il-popolazzjoni f'Monterosso Almo hi ta' ftit iktar min 3000 ruh. Il faccata tal-knisja hija mibija fuq stil barokk.

Il-festi jibdew billi lejliet il-festa titnizzel mill-artal maggur l-istatwa bl-urna ta' San Gwann Battista maghrufa bhala s-Simulacro. Fil-gurnata tal-festa imbghad, fis-sitta ta' filghodu jindaqqu l-qniepen tal-knejjes tal-lokal, u jigu sparati wiehed u ghoxrin salut li jhabbru l-festa. Fil-hdax ta' filghodu tibda il-purcissjoni maghrufa bhala in-Nisciuta. Din il-purcissjoni issir bl-istatwa ta' San Gwann Battista. Dan isir fost id-daqq ta' tmien trombi w karti kkuluriti zghar u sparar ta'bombi.
Filghaxija mbghad l-istawa tohrog ghat tieni darba wara il-quddiesa solenni. Il-festi mbghad jigu fi tmiemhom wara l-paningierku w spettaklu piromuzikali fi Pjazza San Giovanni. L-istatwa imbghad terga tigi pogguta fuq l-altar maggur li tittellgha bi tpeci ta' sellum.

Fost tradizzjonijiet ta' min isemmi il-prezentazzjoni tat tfal lil San Gwann, fejn it-tfal zghar jigu merfugha biex ibusu lil San Gwann. Tradizzjoni ohra hi partecipajjoni tal-publiku li jimxi ma l-istatwa hafi b'turija ta' penitenza. Ohrajn jixghelu xemghat f'idejhom waqt il-prurcissjoni. Tradizzjoni ohra hi l-bejh ta' hobz bil-forma tal-wicc tal-qaddis.

Ghal iktar informazzjoni, ritratti w videos, wiehed jista jzur is-sit ta' hawn taht.

Informazzjoni:
http://www.sangiovannimonterosso.it/

StatuaSanGiovaaniMonterossoalmo3

ChiesaMonterossoalmo2


ChiesaMonterossoalmoDentro

ProcessioneMonterossoalmo

StatuaSanGiovanniMonterossoalmo2

StatuaSanGiovaaniMonterossoalmo4


620-04-41-29-7258

StatuaSanGiovaaniMonterossoalmo2

User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 07, 2015 at 05:14 PM )
<Previous   Next>
Monday, 4 th November 2024
23:37 
A+ | A- | Reset