Poezija ta' Charlene Debrincat |  | Mel’isimghu din il-grajja Ta’ qaddis kbir u maghruf Prekursur hekk imsejjah habbâr il-migja tal-haruf. Bin Zabbetta u Zakkarija Ta’ Bin Alla il-qarib Gawhra li minn Hebron fegget tax-Xewkin l-akbar habib |
Mintix lehen fid-dezert jghajjat Lanqas qasba tixxejjer mar-rih Int l-akbar qaddis l’hemm fis-sema Taghlimu aghtu widen ghalih ! Int l-akbar fost ulied in-nisa Bhalek ma jista’ jidher hadd Nghajtu ghalenija viva Gwanni l-ghajta li ma tista tintemm qatt. Lehen l-omm taghna Marija Mela lilek b’hegga u sliem Biex fil-Gordan inti fiss tohrog Thabbar dawn il-precizi kliem: Fittxu t-triq tal-Mulej hejju Waslet il-migja tal-Feddej Indmu, fil-bxara t-tajba, emmnu Jiswielkom gid ghaz-zmien li gej. Mintix lehen fid-dezert jghajjat Lanqas qasba tixxejjer mar-rih Int l-akbar qaddis l’hemm fis-sema Taghlimu aghtu widen ghalih ! Int l-akbar fost ulied in-nisa Bhalek ma jista’ jidher hadd Nghajtu ghalenija viva Gwanni l-ghajta li ma tista tintemm qatt. Dik ic-canfira ta’ lehnek Gabet lil Erodi f’sensih “Erodiade mhix martek,” lehen Gwanni sostna bis-shih. Il-verita’ taf twegga hafna Lil min jinsab mghaddas fid-dnub Ghalhekk hadt int il-martirju Ghax il-messagg nifed il-qlub. Mintix lehen fid-dezert jghajjat Lanqas qasba tixxejjer mar-rih Int l-akbar qaddis l’hemm fis-sema Taghlimu aghtu widen ghalih ! Int l-akbar fost ulied in-nisa Bhalek ma jista’ jidher hadd Nghajtu ghalenija viva Gwanni l-ghajta li ma tista tintemm qatt. Please login or register to add comments |