L-Ewwel Gebla tal-Kampnari |
|
|
|
Written by Mario Borg
|
Oct 21, 2008 at 01:00 AM |
Poezija ta' Anton Haber miktuba fil-15 ta' Gunju 1987 |  | Xewkin: kotrana ngbarna f'din il-lejla, Sewsew disat ijiem qabel San Gwann; Sabiex naraw tinkiteb grajja ohra, Marbuta ma dal-Maqdes wisq setghan! |
Jizdied gmiel ir-Rotunda b'daw'l-kampnari, Il-Koppla: ghad bejniethom sewwa t-Tnej' Tkun tidher bhal Sultana kollha zina, Li tgholli s-sebh u l-kobor tal-Mulej! U l-qniepen minn hemm fuq, minn dak il-gholi, Ghad iwasslulna l-Lehen tal-Mulej; Bl-ilsien tal-Bronz qaddis ghad isejhulna F'kull hin, bid-daqq ifahhru lill-Fedej! Minn iss' O Bronz imbierek insellimlek: Li daw'l Kampnari ghad jissebbhu bik; Isokta stieden b'lehnek lill-Gens Xewki, Ha jisma' s-sejha t'Alla dejjem, fik! Jekk Alla jrid, fi-zmien mhux wisq imbieghed, Mill-gdid ningabbru lkoll hawn ferhanin; Naraw dal-Monument mitmum minn kollox Il-gieh, iz-zina w l-ghozza tax-Xewkin! Huti Xewkin ulied San Gwann l-Ghammied: Sew jekk toqghodu hawn jew imsefrin, Nifirhu lkoll bhal ahwa b'din il-grajja, Ghax ahna wlied Govanni lkoll Xewkin.
Please login or register to add comments |
Last Updated ( Oct 22, 2008 at 06:43 PM )
|