Gozo College Xewkija Primary 17.10.08 It-Tlieta, 21.10.08: Tahdita mid-dentist ghall-genituri tat-tfal li jattendu l-Kinder 1 u Kinder 2 dwar is-sahha tas-snien. Hin fid-8.45am fis-sala ta' l-iskola. Laqgha mportanti ghall-genituri tat-tfal li jattendu l-P6 dwar l-ghazla tas-suggetti fil-Form 1 (l-options). Hin fis-1.00pm fis-sala. L-Erbgha, 22.10.08: Laqgha ghall-genituri tat-tfal li jattendu l-P6, bl-isem ‘Nifhmu lil Uliedna fil-bidliet'. Din se tkun fid-9.30am Il-laqgha ghall-genituri tat-tfal subien se ssir fin-Ninu Cremona Lyceum Complex filwaqt li ghall-genituri tal-bniet, se ssir f' Agius De Soldanis.
Il-Hamis, 23.10.08: L-iskola, b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali Xewkija u l-Ministeru tal-Biedja u Affarijiet Rurali se jorganizzaw ‘Clean Up the World'. Id-Dental Hygienist se jara lit-tfal tal-P5. Il-Gimgha, 24.10.08: Jum il-Kullegg ta' Ghawdex u tifkira tal-210 anniversarju tar-rebha ta' l-Ghawdxin fuq il-forzi Francizi. Prosit lil dawk it-tfal li hadu sehem fil-kompetizzjoni. Laqgha dwar l-ADHD mill-Profs. Paul Cooper fin-Ninu Cremona Lyceum Complex fid-9am. Min jixtieq aktar taghrif icempel: 21556626. Illum l-iskola se taghmel l-istaff meeting ghall-ewwel term. L-iskola tispicca f'12.00pm. AVVIZI Ø Bhalma forsi ga nnutajtu, l-isem ta' l-iskola huwa Gozo College Xewkija Primary (bl-Ingliz) u Kullegg ta' Ghawdex Primarja Xewkija (verzjoni Maltija). Dan inghata lill-iskola wara li ghaddiet il-ligi dwar it-twaqqif tal-Kulleggi, fosthom dak ta' Ghawdex. Dan ma jfissirx li Rosa Magro mhux se tibqa tinghata l-importanza li jixirqilha. Mhux biss, din ghandha tibqa sservi ta' mudell ta' bzulija ghat-tfal kollha li jattendu din l-iskola. Ø Bhalissa ghaddej ir-restawr fuq il-pittura moderna li tmur lura ghall-1958, xoghol ta' Mgr. M.A. Apap. Il-hsieb hu li din titwahhal fis-sala biex titgawda minn kulhadd. Ø Nifirhu lil Ms Cecil Cilia li bdiet isservi bhala membru tal-Kunsill Skolastiku. Infakkarkom li f'Jannar se jkun hawn elezzjoni ohra ghall-hatra tal-Kunsill. Ø Il-Homework and Activity session (2.30-4.30) mhux se tibda nhar it-Tnejn, 20.10.08, izda f'data ohra li naghtukom aktar ‘il quddiem. Ø It-tracksuits il-godda mhux se jsiru biz-zip izda fuq it-tifsila l-antika. Infakkarkom fil-harga edukattiva ghalikom genituri, nhar il-Gimgha, 31 ta' Ottubru, 2008. Grazzi u Tislijiet S.Tabone Kap ta’ l-Iskola. Rosa Magro Primary School Xewkija, Gozo. Helpdesk: 2155 6341 E-mail: xewkija.primary.c @gov.mt Website: http://schoolnet.gov.mt/xewkija Please login or register to add comments |