17 ta' Ottubru 2006 - Grezzju Spiteri |
|
|
|
Written by Joanna Falzon
|
Oct 18, 2008 at 07:43 PM |
Fis-17 ta Ottubru 2006, sar il-funeral ta’ Grezzju Spiteri. L-ahbar li miet Grezzju xterdet max-Xewkija kollha, kmieni filghodu ta’ nhar il-Hamis 12 ta’ Ottubru. Il-funeral beda ghall-habta ta’ l-4.15 p.m. mill-Isptar Generali ta’ Ghawdex sa hdejn il-Kazin tal-Banda Prekursur fi Triq il-Knisja. Kienet xewqa ta’ Grezzju nnifsu li l-funeral ghandu jibda minn hdejn il-Kazin li ghalih tant stinka u hadem. Grezzju jibqa’ msemmi ghall-imhabba li kellu lejn il-Banda Prekursur - kull fejn tmur il-banda, Grezzju kien dejjem minn ta’ quddiem jerfa’ l-istandard tal-banda tar-rahal taghna. Il-Banda Prekursur akkumpanjat it-tebut ta’ Grezzju li gie merfuh miz-zghazagh tal-Kumitat Zghazagh Xewkin,b’daqq ta’ marci funebri minn hdejn il-Kazin sal-Pjazza fejn fil-5.30 p.m. bdiet il-Quddiesa Funebri mmexxija mill-Arcipriet tar-rahal taghna, Mons. Carmelo Mercieca. Prezenti fost il-folla kbira li attendiet ghall-funeral, kien hemm il-Kumitat tal-Banda Prekursur, kif ukoll kumitati ohra fi hdan l-istess banda, is-Surmast Mro. Anthony Borg, u bosta bandisti kemm tal-Banda Prekursur kif ukoll minn diversi baned Ghawdxin. Waqt il-korteo mill-Knisja ghac-Cimiterju San Gwann Battista, inharaq ukoll salut b’tislima lil Grezzju Spiteri. Id-difna saret fic-Cimiterju tal-Parrocca.  Grezzju Spiteri jerfa l-Istandard li tant kien ihobb tal-Banda Prekursur
Please login or register to add comments |
Last Updated ( Oct 19, 2008 at 06:48 AM )
|