Home arrow News arrow News arrow Tithabbar il-Mewt ta l-ex Surmast direttur tal-Banda Prekursur Carmelo Borg
Tithabbar il-Mewt ta l-ex Surmast direttur tal-Banda Prekursur Carmelo Borg PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Joanna Falzon   
Dec 03, 2008 at 05:34 PM

    Nhar it-Tnejn 1 ta’ Dicembru 2008 thabbret il-mewt ta Mro.Carmelo Borg.  Huwa miet fl-Isptar Mater Dei fl-eta ta 83 sena.  Mro Carmelo Borg ghandu konnesjoni ma rahal tax-Xewkija dan ghal fatt li bejn 1961 u 1968 kien is-Surmast Direttur tal-Banda Prekursur.  Il-funeral tieghu sar illum l-Erbgha 3 ta' Dicembru fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu tal-Gzira

Is-Surmast Carmelo Borg twieled l-Imsida fis-17 ta Settembru 1925, iben il-mibkijin Spiridione u Giorgina Borg. Ta disa snin Carmelo beda jistudja l–arti muzikali taht idejn is-Surmast Gorg Camenzuli. Lejn l-ahhar tas-sena 1961 Mro Carmelo Borg gie mahtur is-Surmast Direttur tal-Banda Prekursur. Huwa dam jokkupa din il-kariga sa 1968 meta minhabba hafna impenji li kellu f’Malta kellu kontra qalbu ihalli lis-Socjeta Filarmonika Prekursur. Wahda mill-memorji li kien ihobb isemmi fuq ix-Xewkija Carmelo kienet l-ospitalita u r-rispett li ix-Xewkin dejjem kienu juru lejh.  U ta dan il-Familja ta Mro. Carmelo Borg tiringrazzja lix-Xewkin ta kull ma ghamlu mieghu u ta kemm iripettawh kemm dam jideriegi il-Banda Prekursur.

Huwa kien ukoll Surmast Direttur tal-Banda Mount Carmel tal-Gzira u tal-Banda ta Santa Venera fejn temm il-karriera bhala surmast fis-sena 1996.  Huwa kiteb diversi marci religjuzi, funebi u brijuzi.  Tajjeb nghidu ukoll li kien hu li ikkompona l-Innu ta Qtugh ir-ras ta San Gwann li ghadu jindaqq sal-gurnata tal-lum mill-Banda Prekursur. Fl-arkivju ta Socjeta Filarmonika Prekursur insibu diversi marci funebri bhal Ulitima Ora, Ultima Lacrima.  Bhala marci brijuzi fl-arkivju tal-Banda Prekursur insibu Up the Tigers, Rotunda, Silver Leaf. Gordanjan, Il Precursore, 24 th June 1959, I Settembrini, I Giovannini u hafna ohrajn.  Huwa  kiteb ukoll diversi bicciet ta Muzika Sagra kif ukoll muzika sinfonika.  L-iktar marc famuz li kien kiteb kien igib l-isem “Up the Maroons” li kitbu bhala tifkira ta meta it-team tal-Gzira tal-futboll kienet tela fl-ewwel divizjoni. Wara l-1996 huwa baqa jghallem xorta wahda l-muzika lit-tfal li jibqghu jiftakruh zgur ghal imhabba u l-pacenzja li kellu kif jghallem il-muzika. 

B'rispett lejn it-tifkira ta Mro. Carmelo Borg illum ittajret il-Bandiera mezza lasta fuq il-Kazin tal-Banda Prekursur.

Naghtu l-Kondoljanzi lil familja kollha ta Mro. Carmelo Borg. 

“Parti mil Informazzjoni hija mehuda mill-Ktieb “Banda Prekursur 70 sena” ta Wenzu Camilleri u parti ohra minn din l-informazzjoni ntbghatet lilna minn nepputi ta Mro Camrelo Borg, Kevin C. Borg”  { Ritratt: Frans Galea }

dic7

 Mro. Carmelo Borg

 

 

 

dic6

 Il-Bandiera tal-Kazin tal-Banda Prekursur mazza lasta


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Dec 03, 2008 at 07:46 PM )
<Previous   Next>
Thursday, 28 th March 2024
11:23 
A+ | A- | Reset