HomeNewsSkola Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter
Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter
Written by Frans Galea
Dec 22, 2008 at 02:26 PM
Gozo College Xewkija Primary
18.12.2008
*Issa li gejjin il-vaganzi tal-Milied, it-tfal iridu jibqghu jistinkaw minhabba li se norganizzaw Arbor Day (Jannar), l-Ezamijiet ta' Nofs is-Sena (P4/5) u l-Annwali (P6) u l-Karnival fi Frar.
Ezamijiet ta' Nofs is-Sena/Annwali
*It-Tlieta, 17.2.09, Ingliz. English Listening u Maltese Listening *L-Erbgha, 18.2.09, Matematika u Religion; *Il-Hamis, 19.2.09, Malti u Studju Socjali
L-ewwel ezami ta' kull gurnata jdum 1.15mins ghal P4 u P5 fil-waqt li ghal P6 idum 1.30mins. It-tieni ezami ta' kull gurnata jdum siegha (P4, P5 u P6) barra l-Listening li jdumu 20 minuta ghal kull suggett. *Fuq in-noticeboard ta' l-iskola hemm imwahhla t-time-table ufficjali ta' l-ezamijiet.
*Il-Gimgha, 20.2.09, Coffee Morning tal-Karnival.
Jum is-Sigar
Din is-sena, fis-16 ta' Jannar, l-iskola taghna ntghazlet biex ikollha l-unur li torganizza Arbor Day jew Jum is-Sigar fil-Gimgha Masgara. Ghal dan il-ghan se jzuruna diversi mistednin distinti u se jithejja programm biex il-klassijiet kollha jiehdu sehem. Issa li gejjin il-vaganzi, it-tfal ghandhom isibu hin biex jahdmu fuq dan il-progett.
*Il-Kinder, il-P1 u P2: jippreparaw collages, isibu stampi ta' sigar, hxejjex *Il-P3, fil-waqt li jsibu xi stampi jiktbu xi sentenzi hfief. *Il-P4, il-P5 u l-P6 jistghu jiktbu komponiment jew jaghmlu ricerka dwar is-sigar (kemm ta' Malta kif ukoll dawk barranin), jiktbu xi poezija jew jaghmlu chart.. Wiehed jista' jikteb dwar il-gonna li jinsabu madwar ix-Xewkija (inkluz dawk ta' l-iskola). Wiehed jista' jaghmel mudell ta' xi gnien, jew sigar etc. Ix-xoghlijiet ta' kulhadd jiddendlu fuq boards. Ohrajn jinqraw waqt serata apposta fis-16.1.09. Se jithawlu xi sigar lokali fil-gonna ta' l-iskola u t-tfal se jinghataw zrieragh biex jitkabbru fid-djar u wara jergghu jingiebu l-iskola.Nitlob il-ko-operazzjoni ta' kulhadd biex dan l-avveniment jirnexxi fl-iskola taghna bhalma rnexxa fi skejjel ohra f'Ghawdex.
Coffee Mornings *Wara l-laqgha li saret bejn il-genituri u l-membri tal-Kunsill Skolastiku, intlahaq dan il-qbil: kulmin jixtieq jattendi jista' jhallas €3.50 u jkun jista jiehu l-platt. Imbaghad ghal dawk li jixtiequ jilaghbu t-tombla u jiehdu tifkira, iridu jixtru biljett ta' €15 li jkun jinkludi fih il-platt u t-tombli. Dan huwa prezz ragjonevoli hafna u irhas minn ta' coffee mornings li jsiru f'dan ir-rahal. Il-biljetti jridu jinxtraw qabel il-Coffee Morning (inkluz dak tat-tombli). Il-biljetti jkunu jistghu jinxtraw BISS minghand il-membri tal-Kunsill Skolastiku.
*Ahna naghmlu l-ghalmu taghna biex norganizzaw diversi attivitajiet. Min jorganizza xi attivita jibda jaqta' qalbu jekk ma jkunx hemm attendenza. L-aktar haga facli tkun li ma jsir xejn. Imma l-aghar tkun li min qatt ma jiehu sehem fl-attivitajiet ta' l-iskola, bhalxejn tisimghu jghid li fl-iskola taghna qatt ma jsir xejn fil-waqt li fi skejjel ohra jsiru l-mirakli! Hasra. Ta' l-inqas, jien hekk nahsibha...
Elezzjoni ghall-Kunsill Skolastiku fis-27 ta' Jannar, 2008.