HomeNewsSkola Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter
Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter
Written by Frans Galea
Jan 09, 2009 at 01:00 AM
Gozo College Xewkija Primary
Newsletter Number: 14/08-09
Programm ghax-Xahar ta’ Jannar 2009
L-Erbgha, 07.01.09 : Jibda t-term tax-Xitwa li jispicca nhar it-Tlieta 07.04.09
Dan ix-xahar se jkollna l-elezzjoni ghal Kunsill Skolastiku. Min jixtieq johrog bhala membru, hu gentilment mitlub biex jigbor il-formola tan-nominazzjoni mill-ufficcju ta’ l-iskola. Hemm jinghatawlkom aktar dettalji. L-iskola ghandha bzonnkom !
It-Tnejn, 12.01.09 : Se niehdu r-ritratti ta kull klassi u ta’ dawk l-individwi li ordnawhom. Uniformi shiha. Ms Borg tattendi l-laqgha ta’ kull xahar (1.00-2.30pm) fil-Gozo College Xaghra Primary.
L-Erbgha, 14.01.09 : Laqgha ta’ l-EkoSkola fit-8.05am. Is-Sur Trevor Zahra jattendi l-iskola ghal sessjoni ta’ qari mat-tfal. Dawk kollha li ghandhom xi ktieb ta’ Trevor Zahra, ighadduh mat-tfal biex jiffirmahomlhom. It-tfal huma mhegga biex jippreparaw xi mistoqsijiet halli jsaqsuhom lil dan l-awtur tant poplari. Din issir fis-sala ta’ l-iskola u tibda fil-11.00am
Il-Hamis, 15.01.09 : ARBOR DAY fl-iskola. Se jittella programm fis-sala fid-9.00am. Il-programm jinkludi qari ta’ poeziji, taghrif dwar is-sigar u tahwil ta’ sigar endemici (sigar Maltin) u esebizzjoni ta’ xoghlijiet it-tfal li hadmu matul il-vaganzi tal-Milied. Laqgha tal-Kunsill Skolastiku fin-12.30pm
Il-Gimgha, 16.01.09 : Tifkira ta’ Sant’ Anton Abbati, protettur ta’ l-annimali. Fit-8.30am ikollna t-tberik ta’ l-annimali fis-sala. Dawk li se jgibu xi klieb jew qtates, jehduhom lura dritt wara l-funzjoni. Ghasafar etc jistghu jibqghu sas-2.30pm. Fl-10.30am se jkun hawn tahdita nteressanti mill-SPCA dwar kif wiehed jiehu hsieb l-annimali. Min irid jista joffri bott/pakkett/borza ta’ l-ikel ta’ l-annimali lill-SPCA fl-ahhar ta’ l-attivita.
L-Erbgha, 21.01.09 : Laqgha ta’ l-EkoSkola fit-8.05am. Laqgha ghal genituri u tfal li qeghdin fil-P6 fis-sala tal-Gozo College Boy’s Secondary, bejn id-9.00am u l-11.30am. It-tfal flimkien mal-genituri jmorru dritt ir-Rabat u wara li jispicca kollox, jergghu jwassluhom lura l-iskola taghna. Se jkun hemm tahdita : ‘L-ghazla tas-Suggetti’ u wara mistoqsijiet u zjajar fil-klassijiet.
It-Tnejn, 26.01.09 : ‘Multi-sensory Reading Session’ ghat-tfal tal-P2 u P3.
It-Tlieta, 27.01.09: Assembly mmexxija mill-Kinder 1 u Kinder 2. Il-genituri jistghu jattendu. Elezzjonijiet ghal membri godda tal-Kunsill Skolastiku. Wiehed jista jigi jivvota, bejn it-8.30am u 2.30pm. Nitlobkom biex izzommu xi hin liberu halli tkunu tistghu tigu tivvutaw. Wara s-2.30pm jinfethu l-voti fil-prezenza tas-Sur Wistin Dingli u s-surmast u l-membri li kkontestaw l-elezzjoni.
L-Erbgha, 28.01.09: Laqgha ta’ l-EkoSkola fit-8.05am.
Il-Hamis, 29.01.09: Tahdita organizzata mill-Kullegg ta’ Ghawdex fis-sala tal- Gozo College Boy’s Secondary fl-4.30pm. Jitkellem l-Isqof Emeritus Nikol G. Cauchi. Is-suggett huwa ‘Twemmin’. Kulhadd huwa mistieden li jattendi.
Il-Gimgha,30.01.09: Laqgha ghall-genituri organizzata mill-Kunsill Lokali dwar ‘L-Abbuzi fuq it-Tfal’. Din se tkun fis-sala ta’ l-iskola fid-9.00am ≈ ≈ ≈ ≈ ≈ ≈ ≈ ≈ ≈ ≈ ≈ Rigward il-Kors dwar il-Kitba Kreattiva li se jitmexxa mis-Sur Trevor Zahra jonqos post wiehed biss (hlas €14) u d-dati huma kull nhar ta’ Sibt fid-9.00am kif gej: 28 ta’ Frar, 7 ta’ Marzu, 14 ta’ Marzu, 21 ta’ Marzu, u (il-Gimgha) 27 ta’ Marzu, fil-5.30pm
Grazzi lil dawk il-genituri, ghalliema, tfal u hajjata li qed jghinu fil-preparamenti ghaz-zifna tal-Karnival.