Jum ic-Celebrazzjoni fl-Iskola Primarja tax-Xewkija |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Mar 16, 2009 at 06:42 PM |
Nhar il-Gimgha, 13 ta' Marzu 2009, fis-sala tal-Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija, kien imtella' Jum ic-Celebrazzjoni. Is-suggett maghzul ghal din is-sena kien dak ta' l-Astronomija billi din is-sena kien jahbat l-400 sena minn meta Galileo Galilei uza t-teleskopju biex jistudja l-kwiekeb. Fost ohrajn, kien imfakkar ukoll Patri Odorik Grima, minn Ghawdex li kien astronomu wkoll. Il-klassijiet organizzaw diversi attivitajiet fuq dan is-suggett fosthom poeziji, mima, kant u taghrif siewi iehor. Il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onor. Giovanna Debono qassmet il-premjijiet filwaqt li l-Principal tal-Kullegg ta' Ghawdex qassam premjijiet abbinati mal-kompetizzjoni ta' Arbor Day. Kemm il-Kunsill Lokali u kemm il-Kunsill Skolastiku ghamlu ghotjiet ta' kotba u donazzjonijiet b'risq l-iskola. [ Informazzjoni: Saviour Tabone Ritratti: Frans Galea ]  | Tfal ta' l-Iskola migbura fuq il-palk |
Please login or register to add comments |
Last Updated ( Mar 17, 2009 at 03:04 PM )
|