Tohrog l-istatwa ta' Kristu Rxoxt ghall-ewwel darba fix-Xewkija |
|
|
|
Written by Claudio Vella
|
Apr 12, 2009 at 04:12 PM |
Wara l-Koncelebrazzjoni immexxija mill-Mons Isqof Emeritus l-E.T Nikol G. Cauchi, u minkejja t-temp ikrah u rieh qawwi li hakem il-gzejjer Maltin illum, l-istatwa artistika ta' Kristu Rxoxt harget ghall-ewwel darba mill-knisja Rotunda. Folla sabiha ta' nies laqghet l-istatwa fuq iz-zuntier tal-pjazza. L-istatwa kienet merfugha miz-zaghzagh Xewkin u hadet sehem ukoll il-Banda Prekursur taht it-tmexxija tas-Surmast Anthony Borg. Ta' min jghid ukoll li ndaqq ghall-ewwel darba l-innu ta' Kristu Rxoxt, kliem ta' l-Isqof Emeritus Mons. Nikol G. Cauchi u muzika ta' Mro. Ronnie Pisani. Dimostrazzjoni bi Kristu Rxoxt daret fill-pjazza biss minhabba t-temp ikrah. L-istatwa ta' Kristu Rxoxt hija xoghol ta' Alfred Camilleri Cauchi, u ngabet ix-Xewkija lejliet il-festa ta' San Gwann il-Battista li ghaddiet. ikklikkja 'Read more' ghal iktar ritratti.


Il-rih qawwi w l-maltemp li hakem il-gzejjer maltin. Ritratt tac-Cirkewwa bl-isfond l-Knisja Rotunda tax-Xewkija. Ikklikkja fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ikklikkja il-link ta' hawn taht ghal video clip relatata ma dan ir-ritratt - http://www.youtube.com/watch?v=uVwptEaIenc Please login or register to add comments |
Last Updated ( Jun 07, 2015 at 05:13 PM )
|