Poezija ta Omar Camilleri 22.11.1994 |  | Bhal-lum mija u hamsin sena ilu meta fir-rahal l-istatwa ta' Gwanni giet dak inhar festi kbar saru fix-Xewkija fost daqq, ghajjat u kant ta' innijiet. Kienet sena ghaziza u ta' ferh fir-rahal taghna, Elf tmien mija u hamsa u erbghin: kienu it-tnejn u ghoxrin ta' Gunju meta waslet, kemm ferh u tghaxxqu, kburin ix-Xewkin. |
Kien hsieb ghaqli tas-sitt Kappillan taghna Dun Nikol Vella habrek hafna biex il-Vara ssir, ta' Gwanni l-Ghammiedi, u din giet maghmula Lill-Patrun tax-Xewkin, qaddis tassew kbir. Minn idejn Pietru Pawl Azzopardi, minn zokk ta' tuta harget l-istatwa tal-Prekursur statwa tassew sabieha u artistika, u ta' dan ifakkrek fix-Xewkin kbir unur. Kienet is-sena elf tmien mija u disghin, li l-pedestall u l-bradella gew mahdumin mill-mastrudaxxa famuz u ta' hila Pawlu Bugeja li dan ix-xoghol sabieh ghadu jitgawda matul is-snin. Fis-sena elf disgha mija u erbghin kellna erba minn Gunju u l-Istatwa giet mizbugha jghaddi z-zmien kemm irid u din dejjem tibqa', gdida, sabieha, artistika u wkoll zaghzugha. B'salib f'idek int lilna dejjem tfakkar, sabiex dejjem bhalek niccahdu kull hin, billi f'kollox dejjem naghmlu penitenza din hi t-triq ta' l-erwieh wara l-Haruf Divin. Bil-harufa hdejn il-leminija tieghek, kollha bajda, sabieha qieghda hdejn riglejk li tfakkarna fil-bjuda li kellek f'qalbek, u biex nixbhu lilek u aktar nersqu lejk. Il-Banda taghna ta' dan ir-rahal, Isem ghanda wisq ghaziz u sabieh "Prekursur" dejjem kitbet dan ismek b' dan l-isem nitkabbru, naghtu qima u gieh. Statwa helwa , sabiha u ghaziza hafna hekk intennulek u nghidu ahna ferhanin, Ser naghlaq b'dal-kliem sabih u helu Viva l-Istatwa ta' Gwanni taghna ix-Xewkin. Please login or register to add comments |