Merhba fuq il-portal tax-Xewkija.
Written by Frans Galea
|
Jul 17, 2019 at 08:56 PM |
| Il-Banda Prekursur quddiem il-Kazin taghha lejliet il-festa ta' San Gwann 2019 | Photo : Charlton Buttigieg
| Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jul 24, 2019 at 07:17 PM )
|
|
Written by Frans Galea
|
Jul 15, 2019 at 08:58 PM |
Il-Gimgha 21 ta’ Gunju 2019, sar il-marc mill-Banda Santa Margerita ta’ Sannat, li beda minn Triq Torri Tinghi u ghadda minn Triq San Zakkarija ghal Pjazza San Gwann Battista fejn imbaghad l-istess banda ghamel Programm Muzikali taht id-direzzjoni tas-Surmast George Apap. Wara sar il-marc tad-Dimostrazzjoni mill-Banda Prekursur tax-Xewkija flimkien mal-Banda Ite ad Joseph tal-Qala, bl-istatwa ta’ San Hwann jghammed lil Kristu (1930). Il-marc beda minn Pjazza San Gwann Battista u tkompl ghal Triq San Zakkarija, Triq Ein Karem, Triq il-Helsien, Triq il-Kbira, Triq Santa Katerina. Xhin l-Istatwa majestuza waslet hdejn il-kazin tal-banda, il-bandisti tal-banda Prekursur flimkien mal-bandisti tal-banda Ite ad Joseph daru faccata tal-Istatwa sabiex isellmulha bid-daqq tal-Innu Marcja tant popolari fost il-kant ta’ hafna Xewkin prezenti . Il-marc baqa sejjer ghal Triq il-Hamrija u Triq Indipendenza. Hawn iz-zewg baned inghadu flimkien bhala Massband. Wara l-banda Prekursur akkumpanjat l-istatwa bid-daqq tal-innu marcja tant popolari max-Xewkin minn fuq il-palk taghha flimkien mall-kant fost il-briju grandjuz ta hafna zghazagh u poplu Xewki, l-istatwa ttellghet fuq il-pedestall grandjuz taghha.
|
Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jul 15, 2019 at 09:00 PM )
|
|
Written by Frans Galea
|
Jul 14, 2019 at 06:46 PM |
Nhar il-Gimgha, it-12 ta’ Lulju 2019, il-banda Prekursur reget ippartecipat b’marc tad-dimostrazzjoni fil-festa tal-Madonna tas-Sokkors f’ Kercem, is-servizz kien marc beda minn Triq Ghajn Tuta, ghal Triq Pejpu, Triq Sarg u spicca fi Triq San Girgor flimkien banda San Girgor Ta’ Kercem. Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jul 14, 2019 at 06:47 PM )
|
|
Written by Frans Galea
|
Jul 11, 2019 at 12:43 PM |
Il-Hamis 20 ta’ Gunju 2019, sar il-marc grandjuz u uniku mill-Banda Prekursur tax-Xewkija u l-Banda San Guzepp ta’ Ghajnsielem, li beda minn hdejn il-kappella tal-hniena fi Triq San Bert, ghall-Pjazza San Gwann Battista. Hawn intwera feature dokumentarju dwar il-kappillani, arciprieti u persuni fl-istorja tal-parrocca tax-Xewkija. Imbaghad il-marc spicca fi Triq San Zakkarija fejn l-istatwa ta’ San Gwann iz-zghir (1945) ittella’ fuq pedestall gdid mahdum mill-Ghaqda tal-Armar Xewkija, fost il-briju grandjuz ta hafna zghazagh Xewkin. Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jul 11, 2019 at 12:46 PM )
|
|
Written by Frans Galea
|
Jul 11, 2019 at 12:38 PM |
L-Erbgha 19 ta’ Gunju 2019, il-Banda Vizitazzjoni tal-Gharb,ghamlet il-marc tal-Hamrija, li jibda minn Triq il-Hamrija, Triq Widnet il-Bahar, Vjal il-Labour, Triq Babisku ghal Triq il-Hamrija. Il-marc spicca bl-istatwa ta’ San Gwann Battista (1912) tittella’ fuq il-pedestall hdejn l-Iskola Primarja. Fi tmiem il-marc kien hemm ficer, spettaklu tan-nar minn fuq il-bjut sinkronizzat mal-muzika u loghob tan-nar tal-art. Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jul 11, 2019 at 12:40 PM )
|
|
|
|
<< Start < Previous 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 Next > End >>
|