Merhba fuq il-portal tax-Xewkija.
Written by Frans Galea
|
Apr 12, 2009 at 08:51 PM |
Il-Knisja Rotunda tax-Xewkija il-bierah kienet imballata bin nies li attendew ghal-funzjoni tal-Vgili ta' l-Ghid. Il-funzjoni tmexxiet mil Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca u fija intuzaw zewgt screems kbar imhaddma bil Power Point. Imbaghad ghad-Daqq tal-Glorja gie mixghul id-dawl kollu kif ukoll inkixef l-Irxoxt li kien qieghed mghotti b'lizar wara l-artar. Ta' minn jghid ukoll li waqt il-funzjoni gie amministrat is-Sagrement tal-Maghmudija . [ Ritratti: Frans Galea u Joseph Xuereb ]  | LL-Irxoxt wara l-Artar Maggur | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Apr 17, 2009 at 12:14 AM )
|
Read more...
|
|
Written by Claudio Vella
|
Apr 12, 2009 at 04:12 PM |
Wara l-Koncelebrazzjoni immexxija mill-Mons Isqof Emeritus l-E.T Nikol G. Cauchi, u minkejja t-temp ikrah u rieh qawwi li hakem il-gzejjer Maltin illum, l-istatwa artistika ta' Kristu Rxoxt harget ghall-ewwel darba mill-knisja Rotunda. Folla sabiha ta' nies laqghet l-istatwa fuq iz-zuntier tal-pjazza. L-istatwa kienet merfugha miz-zaghzagh Xewkin u hadet sehem ukoll il-Banda Prekursur taht it-tmexxija tas-Surmast Anthony Borg. Ta' min jghid ukoll li ndaqq ghall-ewwel darba l-innu ta' Kristu Rxoxt, kliem ta' l-Isqof Emeritus Mons. Nikol G. Cauchi u muzika ta' Mro. Ronnie Pisani. Dimostrazzjoni bi Kristu Rxoxt daret fill-pjazza biss minhabba t-temp ikrah. L-istatwa ta' Kristu Rxoxt hija xoghol ta' Alfred Camilleri Cauchi, u ngabet ix-Xewkija lejliet il-festa ta' San Gwann il-Battista li ghaddiet. ikklikkja 'Read more' ghal iktar ritratti. Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jun 07, 2015 at 05:13 PM )
|
Read more...
|
|
Written by Frans Galea
|
Apr 12, 2009 at 05:14 AM |
 | L-Istatwa ta' Kristu Rxoxt tax-Xewkija | Ritratt: Donald Camilleri | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Apr 12, 2009 at 06:35 AM )
|
|
Written by Frans Galea
|
Apr 11, 2009 at 06:32 PM |
Minn hawn u ftit sighat ohra fil-Knisja Rotunda tibda l-Funzjoni tal-Vgili ta' l-Ghid. Matul il-jum kien hemm attivita' shiha fir-Rotunda fejn bosta kienu jaghtu daqqa t' id ghal din l-ahbar festa tal-Knisja. Il-knisja zzejnet b'hafna ward kif ukoll gie ppreparat l-Irxoxt li se jizzanzan ghall-ewwel darba din is-sena. Ta' min jghid ukoll li llejla se ssir il-Maghmudija. Fid-9:15 ta' filghodu ssir Koncelebrazzjoni mill-E.T. Mons. Isqof Emeritus Nikol G. Cauchi u wara ghall-habta ta' l-ghaxra u kwart issir il-purcissjoni bl-istatwa ta' Kristu rxoxt fejn takkumpanja l-Banda Prekursur. Il-purcissjoni mistennija tghaddi minn Triq San Zakkarija, Triq Helsien, Triq il-Knisja u l-Pjazza. [ Ritratti: Donald Camilleri ]  | L-Istatwa ta' l-Irxoxt tittiehed ghal gol-Knisja | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Apr 12, 2009 at 11:21 AM )
|
Read more...
|
|
Written by Frans Galea
|
Apr 11, 2009 at 01:18 PM |
Ilbierah; Jum il-Gimgha l-Kbira, saret it-Tifkira tal-Passjoni tal-Mulej fil-Knisja Rotunda. Il-funzjoni li tmexxiet mill-Arcipriet tal-parrocca Mons. Carmelo Mercieca bdiet fit-tlieta u nofs ta' wara nofsinhar. Fl-ewwel parti tal-funzjoni inqraw siltiet mill-Iskrittura kif ukoll ir-rakkont tal-passjoni tal-Mulej skond San Gwann. Fl-omelija tieghu, l-Arcipriet tkellem fuq dak li qal il-Papa Pawlu VI meta zar l-Art Imqaddsa. Hemmhekk hu kien qal li ma kienx qieghed bhala turist, izda bhala komplici f'dak li sar. "Ahna wkoll komplici fil-mewt ta' Gesu' ghax hu miet minhabba d-dnubiet taghna." Mons. Mercieca kompla billi stieden lill-kongregazzjoni numeruza biex waqt li jbusu l-kurcifiss, jaghtuh demgha ta' ndiema u bewsa ta' mhabba. Din l-ewwel parti intemmet bit-talbiet ta' intercessjoni. Fit-tieni parti imbaghad grupp ta' zaghzagh mix-Xewkija tellghu kurcifiss kbir min-naha ta' wara tal-knisja sa fuq il-presbiterju. Imbaghad sar il-bews tas-Salib. Il-funzjoni intemmet bit-tqarbin. Fil-Knisja Rotunda, barra mill-bankijiet, zdiedu wkoll hafna siggijiet ghall-kumdita' tal-fidili. Nistghu nghidu li l-kongregazzjoni, li kienet tinkludi nies mill-parrocca kif ukoll hafna barranin, kienet wahda kbira tant li kien hemm sahansitra xi nies bilwieqfa. [ Ritratti: Joseph Xuereb ]  | L-Arcipriet flimkien ma' sacerdoti ohra waqt il-Funzjoni | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Apr 19, 2009 at 08:39 PM )
|
Read more...
|
|
|
|
<< Start < Previous 111 112 113 114 115 116 117 118 119 120 Next > End >>
|