Aktar ma toqrob il-festa ta' San Gwann, iz-zaghzagh Xewkin aktar qed izidu fl-attivitajiet taghhom ghall-istess festa. Infatti bhalissa numru kbir ta' zaghzagh qed jiltaqghu kuljum fil-kazin tal-banda Prekursur fejn qed jippreparaw ghall-briju tal-festa ta' din is-sena. Fost affarijiet ohra dawn il-guvintur u tfajliet qed iqattghu karti kkuliriti biex jintefghu waqt il-marcijiet. Ghaddejjin ukoll preparamenti ghall-Gozo Talent Festival li kull sena jorganizzaw il-KZX. [ Ritratti: Jason Attard ]
Zghazagh Xewkin ghaddejin bil-hidma taghhom ghall-Festa ta' San Gwann
Il-Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija se jorganizza seminar fuq l-importanza ta' l-ikel sustanzjuz, kemm ghat-tfal u kemm ghall-kbar. Dr Suzanne Piscopo hija esperta f'dan il-qasam tant importanti u se twiegeb ukoll mistoqsijiet mill-udjenza. Il-laqgha se ssir fis-sala tal-Kullegg ta' Ghawdex Primarja Xewkija nhar il-Hamis, 30 t'April, fid-8.45am. Kulhadd huwa mistieden. Ghal aktar informazzjoni cemplu l-iskola fuq 79067215 jew 21556341, jew email
Nhar it-Tlieta, it-Tigers hadu d-disa' rebha fil-Kampjonat tat-Tieni Divizjoni meta ghelbu lil Oratory Youths 3-0. Sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien 1-0 ( gowl ta' A. Fatso fil-15- il minuta ) biex imbaghad fit-tieni taqsima ziedu tnejn ohra permezz ta' R. Buttigieg (70 minuta ) u iehor ta' A. Fatso ( 79 minuta ). B' din ir-rebha t-Tigers baqghu jiggieldu ghall-promozzjoni. [ Ritratti: John Spiteri ]
Id-Dramm " Irbahtli " li ttella ghal-ewwel darba fit-Teatru Govanni fic-Centru Parrokjali tax-Xewkija nhar il-Hadd 21 ta' Marzu kien sucess kbir. Kull minn ra dan id-dramm kolossali baqa mistaghgeb bl-istorja u bl-interpretazzjoni li taw l-atturi kollha. Hafna minnhom diga ghamlu l-hsieb li jerghu jarawh meta jerga jittella nhar is-Sibt 28 ta' Marzu fis-7.00pm. [ Ritratti: Joseph Xuereb ]
Il-kantanta zghazuha Alessia Camilleri nhar is-Sibt 21 ta' Marzu lloncjat l-ewwel diska taghha waqt konferenza stanpa li saret fil KU Club ir-Rabat Ghawdex. Ghall-din il-konferenza kienu mistiedna diversi Djs minn stazzjonijiet kemm tar-radju kif ukoll tat-televizzjoni minn Malta u Ghawdex. F' din il-konferenzza stampa tkellmet il-maniger ta' Alessia, Carmen Muscat flimkien mal-kompozitur Elton Zarb u l-awtur Clinton Paul. Id-diska " Spotlight " giet interpretata ghall-ewwel darba is-Sibt stess fil-ghaxija fil-KU Club minn Alessia. Alessia, li ghad ghanda biss sittax il-sena u toqghod ix-Xewkija hadet sehem f'hafna wirjiet u fetivals fosthom il-"Beer Festival" li organizza l-Kunsill Lokali tax-Xewkija. Barra minn hekk Radju Prekursur ilu jdoqq diski taghha. Ghall-aktar informazzjoni wiehed jista jzur il-web-site www.alessiavibe.com .[Ritratti: Frans Galae u l-magniment tim ta' Alessia ]