Home
News
News Feeds
History
Weekly Picture
Poeziji
Links
Advanced Search
Contact Us
Registration Help
Radju Prekursur Website
Radju Prekursur Webcast
XewkijaParish.org Website
WebTV
YouTube Channel
Find us on Facebook
facebook-icon
Video Channels
youtube
Login Form
Username

Password

Remember me
Password Reminder
Syndicate
Like this page - Share It
Bookmark and Share
WHO'S ONLINE
We have 11 guests online
Merhba fuq il-portal tax-Xewkija.
Il-Festa ta' Kristu Redentur fix-Xewkija
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Mar 21, 2009 at 10:09 PM

       Il-bierah il-Gimgha fix-Xewkija saret il-festa tar-Redentur. Ta' minn jghid li fix-Xewkija insibu statwa mill-isbah xoghol ta' l-istatwarju Ghawdxi Micheal Camilleri Cauchi. Din l-istatwa inhaddmet ftit tas-snin ilu u hadet post ohra antika li kien hadem missier Micheal, Wistin Camilleri. [Ritratti: Joseph Xuereb u Frans Galea ]

fkr1

 Waqt il-quddiesa tal-Festa
tar-Redentur

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Mar 21, 2009 at 10:14 PM )
Read more...
Ix-Xoghol fuq it-Tieni Logg kwazi lest
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Mar 20, 2009 at 04:56 PM

       L-artist il-Kav. Paul Camilleri Cauchi dawn l-ahhar gimghat kien ghaddej fuq il-pittura ta' l-abbozz tat-tieni logg tal-gnub tar-Rotunda li mistennija li jkunu lesti ghal-festa ta' San Gwann ta' din is-sena. Dan il-logg ser ikun juri lill San Gwann flimkien ma' Kristu. Fil-gnub hemm iz-zewgt profeti Elija u Isaija li habbru il-migja kemm ta' Kristu kif ukoll tal-Prekursur. [ Ritratti: Paul Camilleri Cauchi ]

loggb1

 Il-parti tan-nofs tal-logg

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Mar 20, 2009 at 04:58 PM )
Read more...
Festa ta' San Guzepp fix-Xewkija
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Mar 19, 2009 at 10:34 PM

       Illum giet iccelebrata l-Festa ta' San Guzepp. Anke fix-Xewkija giet infakkra din il-festa billi l-istatwa artistika ta' San Guzepp inharget minn nicca taghha u tpoggiet fuq peddistal fil-Knisja Rotunda. Ta' minn jghid wkoll li dan l-ahhar sar xoghol ta' ganutell fil-bukkett tal-bastun ta' San Guzepp. Dan ix-xoghol sar min Felic Vella u martu Anna. [ Ritratt: Charles Borg ]

sg1

 L-Istatwa ta' San Guzepp
fir-Rotunda tax-Xewkija

Write Comment (0 comments)
Studju fuq il-pittura tal-koppla tal-Knisja l-qadima tax-Xewkija
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Mar 18, 2009 at 09:41 PM

       Bhalissa qed issir studju dokumentat minn Paul Falzon fuq il-pittura tal-koppla tal-knisja l-Qadima tax-Xewkija. Dan l-opra ta' l-arti sfortunatament illum ma ghadiex tezisti peress li l-knisja kienet twaqqet sabiex taghmel wisa ghar-Rotunda. Min ghandu xi ritratt tal-koppla minn gewwa jew inkella jaf lil xi hadd li ghandu hu mitlub jirrikorri  fl-Ufficcju tar-Radju Prekursur. Dawn ir-ritratti ma humiex ser jinzammu izda ser jinghataw immeddjatament.  Napprezzaw hafna l-ghajnuna taghkom.[ Informazzjoni u Ritratt: Paul Falzon ]

pka1

 Dettal tal-pittura tal-Koppla tal-Knisja
l-Qadima tax-Xewkija

Write Comment (0 comments)
Aktar rizultati min-Nursery tax-Xewkija Tigers
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Mar 17, 2009 at 10:42 PM

       Fi tmiem il-gimgha li ghaddiet, in-Nursery tax-Xewkija Tigers kellha diversi loghbiet.  Nhar is-Sibt 14 ta' Marzu, it-tim ta' taht is-17-il sena gie draw ta' 2-2 kontra Qala St Joseph.  Il-gowls ghat-Tigers gew minn Cristian Cardona u Stefan Farrugia.  Imbaghad nhar il-Hadd it-tim ta' taht l-14-il sena tilef kontra Victoria Hospturs 6-3.  Il-gowls tat-tim Xewki gew minn Joel Borg, Gennaro Hili, u Manwel Azzopardi. [ Informazzjoni u Ritratti: John Spiteri ]

football1
 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Mar 18, 2009 at 09:26 PM )
Read more...
<< Start < Previous 111 112 113 114 115 116 117 118 119 120 Next > End >>

Monday, 4 th December 2023
03:34 
A+ | A- | Reset