Merhba fuq il-portal tax-Xewkija.
Written by Mario Borg
|
Nov 27, 2008 at 02:00 AM |
Versi ta' Anton Haber li gew immuzikati minn Mro Carmelo Pace fl-1970. Biha x-Xewkija sar l-ewwel rahal f'Ghawdex li kellu l-innu tieghu. |  | Qima naghtu Xewkin ghalenija Ta' twelidna lir-rahal hanin: Imkabbrin b'tifkirietu w grajjietu, Wirt mill-eghzez ta' l-Ewwel Ghawdxin! | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Nov 30, 2008 at 03:14 PM )
|
Read more...
|
|
Written by Frans Galea
|
Nov 26, 2008 at 05:01 PM |
Matul il-gimgha l-ohra diversi timijiet tax-Xewkija Tigers kienu mpenjati bil-loghob taghhom. L-ewwel li laghbu kienu l-U14 li nhar l-Erbgha 19 ta' Novenbru ghelbu lil St. Laurence Spurs. 1-0 bil-goal jigi skurjat minn Omar Xuereb. Imbaghad is-Sibt 22 ta' Novembru it-team ta' U17 sofra telfa kbira kontra Victoria H. 8-0. Nhar il-Gimgha it-tim tal-kbar nizel Malta u laghab kontra Imqabba u hareg tellief 6-0. { Ritratt: Jason Attard } | Omar Xuereb | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Nov 27, 2008 at 09:58 PM )
|
|
Written by Frans Galea
|
Nov 24, 2008 at 05:06 PM |
Minhabba l-maltemp li hakem il-gzejjer maltin, ic-celebrazzjoni Djocesana ta' Kristu Re ilbierah saret fix-Xewkija. Fl-4.30pm bdiet purcissjoni Ewkaristika minn hdejn il-kappella tal-Madonna tal-Hniena ghal Triq San Bert u baqghet sejra sal-pjazza fejn imbaghad saret il-Funzjoni fil-Knisja Rotunda. Eluf ta' Ghawdxin attendew ghall-funzjoni gewwa ir-Rotunda. Fil-Purcissjoni hadu sehem il-kleru, il-fratelli tal-parrocci t'Ghawdex, l-abbatini kif ukoll it-tfal ta' l-ewwel tqarbina. Il-funzjoni tmexxiet minn Nunzju Apostoliku ghal Malta ET Mons Tommaso Caputo u l-Isqof t'Ghawdex Mons Mario Grech. { Ritratti: Joseph Xuereb } | Il-Knisja Rotunda mimlija bin-nies | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Nov 25, 2008 at 01:53 PM )
|
Read more...
|
|
Written by Frans Galea
|
Nov 23, 2008 at 11:29 PM |
Is-Superjur tal-Qasam tal-Museum tax-Xewkija s-Sur Bennie Mercieca huwa r-rebbieh ta' l-unur "Gieh ix-Xewkija " ta' din is-sena. Dan l-unur jinghata lil dik il-persuna li tkun hadmet hafna ghar-rahal tax-Xewkija f'xi qasam partikulari. Bennie Mercieca ghamel bosta snin jahdem bhala ghalliem kif ukoll ilu iktar minn tletin sena superjur tal-Museum tax-Xewkija. Barra dan huwa jghin hafna fil-knisja u jahdem hafna fuq bazi Djocesana. L-unur jintaghzel permezz ta' votazzjoni sigrieta li fiha jivvutaw il-membri tal-Kunsill Lokali u rapprezentant ta' kull ghaqda fix-Xewkija. Din is-sena barra minn Bennie Mercieca kienu nominati Leli Portelli, John Pace, Dun Gwann Grech u Dun Gwann Xuereb kif ukoll Frans Galea. { Ritratti: Frans Galea u Joseph Xuereb } | Is-Sur Bennie Mercieca jaghmel diskors tieghu | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Nov 25, 2008 at 11:27 AM )
|
Read more...
|
|
Written by Frans Galea
|
Nov 23, 2008 at 10:59 PM |
Fl-okkazjoni ta' Jum ix- Xewkija 2008, ilbierah il-Kunsill Lokali tax-Xewkija organizza serata fl-Iskola Primarja tax-Xewkija. Il-programm kien jikkonsisti fi programm muzikali mill-Banda Prekursur, qari ta' komponimenti mit-tfal tar-rahal taghna, tqassim ta' kotba lill-istudenti, ghotja ta' flus lil Iskola Primarja tax-Xewkija u thabbira tar-rebbieh " Gieh ix-Xewkija 2008 ". Din is-sena l-unur ta' "Gieh ix-Xewkija" inghata lis-Superjur tal-Museum tax-Xewkija is-Sur Bennie Mercieca. Is-Sindku Dr. Monica Vella qassmet ir-rigali kif ukoll fl-ahhar tal-programm ghamlet diskors ta' l-okkazjoni. Fost il-mistiedna distinti kien hemm is-Segretarju Parlamentari Dr. Chris Said. { Ritratti: Frans Galea u Joseph Xuereb }  | Jum ix-Xewkija 2008 | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Nov 27, 2008 at 05:48 AM )
|
Read more...
|
|
|
|
<< Start < Previous 121 122 123 124 125 126 Next > End >>
|