Illum il-Hadd 20 ta' Jannar, 2019, il-Knisja tax-Xewkija sejjer tilqa' l-Kwadru Mirakoluz u tant devot tal-Madonna ta' Pinu, li ilu 400 sena minn mindu gie mpitter. Kulhadd huwa mistieden sabiex, flimkien mal-komunita, jaghti merhba lil dan il-Kwadru.
Nhar il-Hadd 13 ta' Jannar 2019, it-tim tax-Xewkija Tigers gie draw (1-1) kontra Ghajnsielem fl-loghba tat-tieni rawnd tal-Kampjonat. Il-loghba kienet wahda akkanita u wara li fl-ewwel taqsima ma' kien hemm l-ebda gol kien Rodney Buttigieg li fetah l-iskor ghat-Tigers. Meta deher li x-Xewkija kienu ser johorgu bit-tlitt punti mil-loghba Ghajnsielem skorjaw fl-ahhar tal-loghba biex hadu punt min din il-loghba. [ Ritratt : John Spiteri ]
Illum il-Hadd 13 ta' Jannar 2019, it-tim tax-Xewkija Tigers jilghab it-tieni loghba tat-tieni rawnd kontra Ghajnsielem. Din hija loghba difficli ghat-Tigers peress li fl-ewwel rawnd Ghajnsielem kienu rebhu 4-2. Ghalekk ix-Xewkija irridu jaghmlu sforz kbir biex jiehdu t-tlitt punti. Ahna nawguraw lix-Xewkija Tigers.